banner

Sfond ġuridiku

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jiddefinixxi l-benefiċjarji u l-ambitu tad-dritt ta' aċċess (l-Artikolu 2), jiddetermina l-eċċezzjonijiet applikabbli għal dan id-dritt (l-Artikolu 4) u jgħid kif għandha titressaq applikazzjoni (l-Artikolu 6). Jistabbilixxi wkoll ir-regoli dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet min-naħa tal-istituzzjonijiet.

Bi qbil mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 15(3) tat-TFUE, l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament jittratta l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament.

Id-deċiżjoni tal-Bureau tat-28 ta' Novembru 2001 tistabbilixxi r-regoli interni li jiżguraw l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 min-naħa tal-Parlament Ewropew. Tiddefinixxi wkoll ir-responsabbiltajiet għall-monitoraġġ tar-reġistrazzjoni tad-dokumenti fir-reġistru pubbliku u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjoni.

Aktar informazzjoni: