banner

Is-sit tar-Reġistru Pubbliku tal-Parlament Ewropew

Skont l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini u r-residenti tal-pajjiżi tal-UE għandhom dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom, b'suġġett għall-prinċipji u l-kundizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati permezz ta' regolamenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 li japplika għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Kummissjoni jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-limiti li jirregolaw id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti ta' dawn it-tliet istituzzjonijiet. Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kull istituzzjoni għandha tipprovdi aċċess pubbliku għal reġistru ta' dokumenti f'forma elettronika.

Is-sit tar-Reġistru Pubbliku tal-Parlament Ewropew jinkludi referenzi għad-dokumenti li l-istituzzjoni pproduċiet jew irċeviet mit-3 ta' Diċembru 2001 'l hawn. Il-maġġoranza l-kbira ta' dawn id-dokumenti jistgħu jiġu kkonsultati u jitniżżlu direttament mis-sit, mingħajr ħlas.

Qed tfittex dokument tal-Parlament Ewropew?
thumb-legal-background

F'din it-taqsima ssib informazzjoni dwar ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u dwar deċiżjonijiet u regoli importanti oħra li jirregolaw l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament.

thumb-annual-report

Tista' tikkonsulta din il-paġna għall-istatistika u r-rapporti annwali adottati mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

thumb-archive

L-Arkivji Storiċi joffru firxa ta' sorsi, artikli u studji storiċi li jippermettulek tgħix mill-ġdid l-istorja tal-integrazzjoni Ewropea u tiskopri r-rwol li kellu l-Parlament Ewropew f'dan il-proċess.

thumb-ask-ep

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar l-attivitajiet, is-setgħat u l-organizzazzjoni tal-Parlament Ewropew, tista' tikkuntattja lill-Unità tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (Ask EP) permezz tal-formola aċċessibbli f'din it-taqsima.