Links siewja
Jekk qed tfittex dokumenti storiċi, jew qed tagħmel riċerka tematika u/jew riċerka dokumentarja fil-fond, jekk jogħġbok ikkuntattja s-servizz tal-arkivji storiċi tal-Parlament Ewropew.
Jekk m'intix qed tfittex dokumenti speċifiċi iżda sempliċiment informazzjoni dwar il-Parlament Ewropew, tista' tikkuntattja s-servizz tat-talbiet għal informazzjoni miċ-ċittadini tal-Parlament Ewropew (Ask EP)
Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Sorsi ta' dokumenti oħra
-
EUR-Lex : punt ta' aċċess għall- Ġurnral Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea taħt forma elettronika, kif ukoll aċċess għal-leġiżlazzjoni kollha attwalment fis-seħħ.
-
EUR-Lex : database tal-proċeduri interistituzzjonali. Din tgħinek sabiex issegwi l-fażijiet prinċipali tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra, u sabiex tara t-testi sħaħ tad-dokumenti.
-
L-Osservatorju Leġiżlattiv tal-Parlament Ewropew (ŒIL) : database li tipprovdi aċċess għal sommarji tal-fażijiet kollha tal-proċedura għat-teħid ta' deċiżjonijiet li hu involut fihom il-Parlament Ewropew. Il-folji tal-proċeduri jipprovdu aċċess għad-dokumenti diffferenti maħruġa mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Komunità fil-kuntest ta' proċedura partikulari.
-
Atti Delegati : Ir-reġistru interistituzzjonali tal-atti delegati jagħti stampa kompluta taċ-ċiklu ta' ħajja tal-atti delegati. Permezz tiegħu, l-utenti jistgħu jfittxu l-atti delegati u jsegwu l-evoluzzjoni tagħhom mill-fażi tal-ippjanar sal-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali. Ir-reġistru juri wkoll l-attivitajiet ta' skrutinju min-naħa tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll il-ħidma tal-gruppi ta' esperti involuti fit-tħejjija tal-atti delegati.
-
TED (Tenders Electronic Daily) : verżjoni fuq l-internet tas-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali. Fiha tista' tara s-sejħiet għall-offerti ppubblikati mill-istituzzjonijiet Ewropej.
-
EU Bookshop : f'din is-sit tista' taċċessja l-pubblikazzjonijiet, b'xejn jew bi ħlas ta' miżata, ta' l-istituzzjonijiet Ewropej u ta' aġenziji u korpi oħra diċentralizzati ta' l-UE.