Patroċinju 

Il-patroċinju huwa mod kif il-Parlament Ewropew jassoċja ruħu ma' avveniment billi jagħti l-appoġġ morali tiegħu. Dan it-tip ta' patroċinju jingħata għal għadd limitat ta' avvenimenti kull sena.

Roberta Metsola, President tal-Parlament Ewropew 

Il-patroċinju huwa mod kif il-Parlament Ewropew jagħti l-appoġġ morali u mhux materjali tiegħu għal numru magħżul ta' avvenimenti ta' kwalità mingħajr skop ta' qligħ u b'dimensjoni Ewropea ċara. Il-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni tal-UE li tiġi eletta direttament miċ-ċittadini [...]

« [...] U, hekk kif jiddikjara t-Trattat ta' Lisbona, fil-livell tal-Unjoni ċ-ċittadini tal-UE jiġu rrappreżentati fil-Parlament Ewropew. Il-patroċinju huwa strument siewi biex irawwem din ir-relazzjoni stretta minsuġa bejn il-Parlament tal-Ewropa u ċ-ċittadin u biex iqarribhom lejn xulxin.»

  • Avvenimenti bħal konferenzi, dibattiti, seminars, skejjel tas-sajf, eċċ. jistgħu jingħataw il-patroċinju tal-Parlament, dment li jkollhom dimensjoni Ewropea ċara, b'mod partikolari billi jenfasizzaw ir-rwol u l-kontribut tal-Parlament Ewropew jew tal-Unjoni fil-qasam ikkonċernat, u jkollhom kwalità għolja u riżonanza sinifikanti. Barra minn hekk, id-data/i u l-post iridu jkunu kkonfermati u t-tul huwa limitat. L-avvenimenti jridu jkunu mingħajr skop ta' qligħ.

    Tingħata attenzjoni partikolari għal kemm l-avveniment iqajjem kuxjenza dwar id-demokrazija parlamentari Ewropea, irawwem ċittadinanza Ewropea attiva u jippromwovi d-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni soċjali. Tingħata wkoll attenzjoni speċjali lil avvenimenti organizzati miż-żgħażagħ jew immirati għalihom.

    Il-patroċinju ma jistax jingħata għal avvenimenti ta' natura jew skop kummerċjali li jkollhom l-għan li jirreklamaw jew jippromwovu, direttament jew indirettament, marki jew kwalunkwe tip ta' attività kummerċjali, u lanqas għal avvenimenti li jkunu ta' natura politika partiġġjana, inkluż ġbir ta' fondi għal skopijiet politiċi u attivitajiet ta' rutina jew attivitajiet interni ta' trade unions jew partiti politiċi. Avvenimenti u/jew organizzaturi li jimminaw il-valuri u l-prinċipji demokratiċi bażiċi tal-Unjoni Ewropea jiġu esklużi wkoll.

    Jekk avveniment li jkun ingħata patroċinju mill-Parlament skont ir-regoli ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà, il-President jista', fi kwalunkwe mument, jirtira d-deċiżjoni li biha jkun ingħata l-patroċinju.

    Il-patroċinju ma jorbot lill-Parlament b'ebda obbligu finanzjarju, u lanqas ma jagħti d-dritt li jintużaw il-faċilitajiet tal-Parlament Ewropew. Għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-patroċinju, ara r-regoli ta' hawn taħt.

European Parliament    
 

L-Uffiċċji ta' Kollegament fl-Istati Membri

L-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) huma responsabbli mill-implimentazzjoni lokali tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni istituzzjonali, jikkomunikaw maċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati, iżommu kuntatti mal-midja nazzjonali, reġjonali u lokali u jagħtu assistenza lill-Membri tal-Parlament Ewropew.

The Ir-Reġistru tat-Trasparenza Register

Il-Parlament Ewropew jirrakkomanda lill-organizzazzjonijiet kollha involuti fl-attivitajiet koperti mill-ftehim interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza biex jirreġistraw fl-imsemmi reġistru.

together.eu

flimkien.eu hija komunità pan-Ewropea li tħeġġeġ lil kulħadd biex jipparteċipa fid-demokrazija.

Persuni bħalek qed jersqu 'l quddiem sabiex jieħdu azzjoni li twassal għal futur isbaħ fl-Unjoni Ewropea. Kemm jekk billi jinvolvu ruħhom fil-proċess politiku jew billi jgħinu fil-promozzjoni tal-importannza tal-vot - flimkien nistgħu ngħinu sabiex id-demokrazija tilgħab il-parti tagħha bi dritt fl-Unjoni Ewropea.