Veuillez remplir ce champ

Merħba fid-dinja tad-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Għażiż viżitatur,

Kull Membru tal-Parlament Ewropew jaħdem biex il-Parlament Ewropew isir istituzzjoni globali.

Minħabba li aħna lkoll rappreżentanti eletti, naħdmu wkoll biex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Parlament jirriflettu l-interessi u l-ideali taċ-ċittadini tal-UE. Il-vuċi tagħna fid-dinja hija l-vuċi taċ-ċittadini tagħna.

Fil-paġni ta' din it-taqsima, tista' ssib aktar informazzjoni dwar ix-xogħol li qegħdin nagħmlu: l-istorja u r-rendikontijiet tagħna tal-laqgħat reċenti tagħna fi Brussell u fi Strasburgu, ir-rendikontijiet taż-żjarat tagħna fil-parlamenti tal-kontropartijiet tagħna, il-kalendarji futuri tagħna u r-riżoluzzjonijiet importanti adottati mill-Parlament fl-ambiti ta' kompetenza rispettivi tagħna.

Hawn biżżejjed f'din id-dinja biex tinżamm okkupat għal ċertu żmien mhux ħażin. Nisperaw li jkollok żjara pjaċevoli.

Inés Ayala Sender
President, Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet
It-tmien leġiżlatura (2014-2019)

Il-laqgħat li jmiss

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova


Brussell : ASP - A1E-1

Laqgħa ordinarja
Preparatory meeting of the D-MD meeting

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN)


Brussell : ASP - A1G-3

Laqgħa ordinarja
Courtesy Call with the 10 ASEAN Ambassadors

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun


Brussell : PHS - P6B054

Laqgħa ordinarja
prep meeting N°2 for IPM in Strasbourg

Delegazzjoni għall-kooperazzjoni tat-Tramuntana u għar-relazzjonijiet mal-Iżvizzera u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Iżlanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)


Brussell : ASP - A5E-2

ma' Membri tal-PE
Laqgħa ordinarja
Delegation meeting ahead of the EU-Switzerland IPM