Marina KALJURAND
Marina KALJURAND

Grupp tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew

Membru

l-Estonja - Sotsiaaldemokraatlik Erakond (l-Estonja)

Curriculum vitae Marina KALJURAND

Verżjoni oriġinali : EN


Curriculum vitae   (Il-Membru Parlamentari hija esklużivament responsabbli għall-informazzjoni pubblikata)

Aġġornata: 21/02/2022

Edukazzjoni (kwalifiki u diplomi)

  • MA fil-Liġi Internazzjonali u d-Diplomazija, Fletcher School of Law and Diplomacy, Università Tufts, l-Istati Uniti, (borża ta' studju Fulbright)
  • Skola Estonjana tad-Diplomazija, Diploma Professjonali fir-Relazzjonijiet Internazzjonali
  • Università ta' Tartu, MA fil-Liġi (distinzjoni)

Karriera professjonali

  • 2019-... : Membru tal-Parlament Ewropew
  • 2019 : Membru tal-Parlament Estonjan, eletta fl-2019; irriżenjat wara l-elezzjonijiet Ewropej
  • 2015-2016 : Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Estonja
  • 2014-2015 : Sottosegretarju għall-Affarijiet Politiċi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Estonja
  • 2011-2014 : Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju għall-Istati Uniti
  • 2011-2014 : Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju għall-Istati Uniti tal-Messiku (mhux residenti)
  • 2011-2013 : Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju għall-Kanada (mhux residenti)
  • 2008-2011 : Sottosegretarju għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Estonja
  • 2007-2011 : Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju għar-Repubblika tal-Każakistan (mhux residenti)
  • 2005-2008 : Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju għall-Federazzjoni Russa
  • 2004-2006 : Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju għall-Istat ta' Iżrael (mhux residenti)
  • 2002-2005 : Sottosegretarju għall-Affarijiet Legali u Konsulari, Konsulent Legali, Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Estonja
  • 1999-2001 : Direttur Ġenerali tad-Dipartiment Legali, Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Estonja
  • 1996-1999 : Kunsillier, Kap tas-Sezzjoni Konsulari, Ambaxxata Estonjana f'Helsinki
  • 1991-1996 : Direttur tad-Diviżjoni tat-Trattati Internazzjonali, Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Estonja
  • 1991 : It-Tielet Segretarju tad-Dipartiment tal-Istampa u l-Informazzjoni, Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Estonja
  • 1986-1991 : Lettur, Dipartiment tal-Liġi tal-Iskola Teknika Ekonomika ta' Tallinn

Karriera politika

Kariki f'partit politiku jew trade union nazzjonali

  • 06/2019-... : Membru tal-Kunsill tal-Presidenza, Partit Soċjaldemokratiku Estonjan

Kariki f'Parlament nazzjonali

  • 2019-2019 : Membru tal-Parlament Estonjan (l-14-il leġiżlatura)

Kariki fi gvern nazzjonali

  • 2015-2016 : Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Estonja

Kariki f'istituzzjonijiet tal-UE

  • 02/07/2019-... : Membru tal-Parlament Ewropew

Kariki f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn

  • 2021-... : Membru tal-Kumitat Internazzjonali tal-Bord Konsultattiv Globali tas-Salib l-Aħmar
  • 2020-... : Membru tal-Bord Konsultattiv tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar Kwistjonijiet ta' Diżarm
  • 2018-2019 : Membru tal-Bord ta' Livell Għoli tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Kooperazzjoni Diġitali
  • 2017-2019 : President tal-Kummissjoni Globali dwar l-Istabbiltà taċ-Ċiberspazju (GCSC). Irriżenjat wara li ġiet eletta fil-Parlament Estonjan. Kummissarju tal-GCSC mill-2019.
  • 2014-2017 : Espert Nazzjonali Estonjan fil-Grupp ta' Esperti Governattivi tan-NU dwar l-Iżviluppi fil-Qasam tal-Informazzjoni u t-Telekomunikazzjonijiet fil-Kuntest tas-Sigurtà Internazzjonali (GGE) 2014-2015 u 2016-2017.

Attivitajiet oħrajn

  • Veterana tal-konferenzi tal-Forum dwar il-Governanza tal-Internet (IGF) u tad-Djalogu Ewropew dwar il-Governanza tal-Internet (EuroDIG). Bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin stiednet lil EuroDIG 2017 f'Tallinn. Ippresidiet id-Delegazzjoni tal-Membri tal-PE għall-IGF 2021.
  • 2019-... : Membru tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-Forum Ewropew tal-Internet
  • 2018-... : Membru tal-Bord Konsultattiv tal-konferenza CYBERSEC
  • 2017-... : Membru tal-Forum tal-Ministri ta' Aspen (għall-eks ministri għall-affarijiet barranin) ippresedut mis-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Madeleine Albright
  • Lettur fl-Università ta' Tartu – Diplomazija
  • Lettur fl-Iskola Estonjana tad-Diplomazija – Diplomazija, Ċibersigurtà, Ċiberdiplomazija u Affarijiet Diġitali
  • 2008-2011 : Kap Negozjatur għall-adeżjoni tal-Estonja mal-OECD
  • 2010-... : Membru tal-Kunsill ta' Direzzjoni tal-Università ta' Tallinn
  • 2002-2004 : Membru tad-Delegazzjoni Governattiva għan-Negozjati dwar l-Adeżjoni tal-Estonja mal-Unjoni Ewropea, Kap tal-Grupp ta' Ħidma Legali għat-Trattat tal-Adeżjoni
  • 2000-... : Membru fondatriċi ta' WIIS-EST – il-fergħa Estonjana tan-Nisa fis-Sigurtà Internazzjonali
  • 1995-2005 : Membru tad-Delegazzjoni Governattiva għan-Negozjati dwar Ftehimiet dwar l-Art u l-Konfini Marittimi bejn l-Estonja u l-Federazzjoni Russa
  • 1996-... : Membru fondatriċi tal-fergħa Estonjana tal-Assoċjazzjoni tad-Dritt Internazzjonali
  • 1992-1995 : Espert legali tad-Delegazzjoni Governattiva għan-Negozjati dwar l-Irtirar ta' Truppi bejn l-Estonja u l-Federazzjoni Russa

Dekorazzjonijiet

  • Ordni tal-Emblema Nazzjonali, it-Tielet Klassi (2008);
  • Ordni tal-Istilla l-Bajda, it-Tielet Klassi (2004)

Kuntatt

Bruxelles

Parlement européen
Bât. ALTIERO SPINELLI
13G301
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Strasbourg

Parlement européen
Bât. LOUISE WEISS
T07061
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex