Podcasts awdjo

Il-podcasts jippermettulek tirċievi programmi li tkun għażilt, malli jkunu disponibbli. Għal dan, trid tabbona mal-podcast, qisek qed tabbona ma' ġurnal. Dan l-abbonament huwa mingħajr ħlas u tista' twaqqfu meta trid. Għalissa, il-Parlament Ewropew qed ixandar biss podcasts fil-format awdjo.

L-ewwel ikollok bżonn ta' softwer li jaqra l-podcast jew kont ma' feed reader onlajn. Il-parti l-kbira ta' dawn l-għodod huma b'xejn.

Sempliċement ikkopja l-indirizz RSS tal-podcast fuq is-softwer tal-podcast li għażilt u abbona mal-feed reader. B'dan il-mod, l-għodda tal-podcasting jew is-sit isegwi l-aġġornament tal-episodji tal-podcast isselezzjonat.

Podcasts tematiċi tal-EPRS

Isma għażla ta' podcasts tematiċi tal-EPRS hawnhekk. Ħarsa approfondita lejn diversi oqsma tematiċi topiċi tal-UE bbażata fuq riċerka indipendenti, awtorevoli u oġġettiva.

Podcasts tal-EPRS dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Isma' għażla ta' podcasts li jirrappurtaw dwar l-aħħar żviluppi fix-xjenza u t-teknoloġija, jinvestigaw l-impatt li dawn se jkollhom fuq ħajjitna u jidentifikaw l-implikazzjonijiet tagħhom għal politiki differenti.

Podcasts tal-EPRS: X'qed tagħmel għalik l-Ewropa

Trid issr taf x'effett għandha l-Ewropa fuq ħajtek ta' kuljum? Skopri kif l-Ewropa taħdem għalik permezz tal-podcasts 60 SEKONDA tagħna.