L-iżviluppi li saru sal-Att Uniku Ewropew

Skedi Informattivi dwar l-UE 29-01-2024

L-iżviluppi ewlenin tal-ewwel Trattati huma relatati mal-ħolqien ta’ riżorsi proprji tal-Komunità, mar-rinfurzar tas-setgħat baġitarji tal-Parlament, mal-elezzjoni tal-Membri tal-PE permezz ta’ suffraġju universali dirett u mal-istabbiliment tas-Sistema Monetarja Ewropea. Id-dħul fis-seħħ tal-Att Uniku Ewropew fl-1986, li biddel b’mod sostanzjali t-Trattat ta’ Ruma, saħħaħ l-idea tal-integrazzjoni permezz tal-ħolqien ta’ suq intern kbir.