Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Skedi Informattivi dwar l-UE 18-01-2024

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jippromwovi l-objettivi tal-Unjoni Ewropea billi jipprovdi finanzjament ta’ proġetti fit-tul, garanziji u konsulenza. Huwa jappoġġja proġetti kemm fi ħdan l-UE kif ukoll lil hinn minnha. L-azzjonisti tiegħu huma l-Istati Membri tal-UE. Il-BEI huwa l-azzjonist maġġoritarju tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u ż-żewġ organizzazzjonijiet flimkien jiffurmaw il-Grupp tal-BEI.