Qafas finanzjarju pluriennali
Sal-lum ġew adottati sitt oqfsa finanzjarji pluriennali (QFP), inkluż il-QFP 2021-2027. It-Trattat ta’ Liżbona ttrasforma l-QFP minn ftehim interistituzzjonali għal regolament. Stabbilit għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin, l-għan tal-QFP huwa li jiżgura li n-nefqa tal-UE tiżviluppa b’mod ordnat u fil-limiti tar-riżorsi proprji tagħha. Dan jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li magħhom irid jikkonforma l-baġit annwali tal-UE. Ir-Regolament dwar il-QFP jistabbilixxi limiti massimi għan-nefqa għall-kategoriji wiesgħa tal-infiq imsejħa intestaturi. Wara l-proposti inizjali tagħha tat-2 ta’ Mejju 2018 u wara t-tifqigħa tal-COVID-19, fis-27 ta’ Mejju 2020 il-Kummissjoni pproponiet pjan ta’ rkupru (NextGenerationEU) li kien jinkludi proposti riveduti għall-QFP 2021-2027 u r-riżorsi proprji, u l-istabbiliment ta’ strument ta’ rkupru b’valur ta’ EUR 750 biljun (fi prezzijiet tal-2018). Il-pakkett ġie adottat fis-16 ta’ Diċembru 2010 wara li seħħew in-negozjati interistituzzjonali. Rieżami tal-funzjonament tal-QFP, u, kif xieraq, proposti għal reviżjoni, huma mistennija sal-1 ta’ Jannar 2024, data li l-Parlament talab li tiġi antiċipata.
Skedi Informattivi dwar l-UE