Il-moviment liberu tal-ħaddiema

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

Waħda mill-erba’ libertajiet li jgawdu ċ-ċittadini tal-UE hija l-moviment liberu tal-ħaddiema. Dan jinkludi d-drittijiet tal-ħaddiema għall-moviment u r-residenza, id-drittijiet għad-dħul u r-residenza għall-membri tal-familja, id-dritt għal xogħol fi Stat Membru ieħor u trattament ugwali bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Japplikaw restrizzjonijiet għas-servizz pubbliku. L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol isservi bħala aġenzija dedikata għall-moviment ħieles tal-ħaddiema, inklużi l-ħaddiema stazzjonati.