Kultura

Skedi Informattivi dwar l-UE 16-01-2024

L-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kultura tissupplimenta l-politika kulturali tal-Istati Membri f’diversi oqsma, bħall-preservazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew, il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kulturali ta’ diversi pajjiżi u l-promozzjoni tal-mobbiltà fost il-ħaddiema kreattivi. Is-settur kulturali huwa wkoll affettwat mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati li ma jkoprux il-kultura b’mod espliċitu.