Ir-reġimi kummerċjali applikabbli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Skedi Informattivi dwar l-UE 05-12-2023

Il-politika tal-iżvilupp tal-UE tenfasizza l-importanza tal-kummerċ, u tiffoka fuq il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn. L-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi toffri lil xi prodotti tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE. Il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika jiżguraw trattament kummerċjali preferenzjali għall-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, filwaqt li l-iskema Kollox Minbarra Armi tapplika għall-pajjiżi l-anqas żviluppati. Dawn l-iskemi huma konformi mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).