Ħarsa ġenerali lejn il-politika tal-iżvilupp

Skedi Informattivi dwar l-UE 08-12-2023

Il-politika tal-iżvilupp tinsab fil-qalba tal-politiki esterni tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha l-għan li tnaqqas u fl-aħħar mill-aħħar teqred il-faqar u hija ċentrali għar-rispons tal-UE għall-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli (l-Aġenda 2030). L-objettivi tagħha jinkludu t-trawwim tat-tkabbir sostenibbli, id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-promozzjoni tal-paċi u s-soċjetajiet inklużivi u l-indirizzar tal-isfidi ambjentali u dawk tal-klima. L-UE taħdem fuq skala globali u hija l-akbar donatur fid-dinja tal-għajnuna għall-iżvilupp. Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE u l-allinjament mal-Aġenda 2030 jiffaċilitaw l-għoti effiċjenti tal-għajnuna.