Iċ-ċittadini tal-Unjoni u d-drittijiet tagħhom

Skedi Informattivi dwar l-UE 30-01-2024

Id-drittijiet individwali taċ-ċittadini u ċ-ċittadinanza Ewropea huma minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Dawn huma fatturi essenzjali fil-formazzjoni tal-identità Ewropea. F’każ ta’ ksur serju tal-valuri bażiċi tal-Unjoni, Stat Membru jista’ jiġi ssanzjonat.