Il-Politika dwar l-Ażil

Skedi Informattivi dwar l-UE 22-01-2024

L-għan tal-politika dwar l-ażil tal-UE huwa li toffri status xieraq lil kwalunkwe persuna li mhijiex ċittadina tal-UE li teħtieġ protezzjoni internazzjonali f’wieħed mill-Istati Membri u li tiżgura konformità mal-prinċipju ta’ non-refoulement[1]. Għal dan il-għan, l-UE qed taħdem bla heda biex tiżviluppa Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil.