L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa

Skedi Informattivi dwar l-UE 02-02-2024

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija waħda mill-objettivi tal-Unjoni Ewropea. Maż-żmien, il-leġiżlazzjoni, il-każistika u t-tibdiliet li saru lit-Trattati għenu jikkonsolidaw dan il-prinċipju u l-implimentazzjoni tiegħu fl-UE. Il-Parlament Ewropew dejjem kien difensur ferventi tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.