Il-politika tal-innovazzjoni

Skedi Informattivi dwar l-UE 18-01-2024

L-innovazzjoni għandha rwol dejjem aktar importanti fl-ekonomija tagħna. Minbarra li hija ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u l-ħaddiema tal-UE, hija essenzjali biex jinħolqu impjiegi aħjar, tinbena soċjetà aktar ekoloġika, u tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħna. Hija wkoll kruċjali biex tinżamm il-kompetittività tal-UE fis-swieq globali. Il-politika tal-innovazzjoni hija l-interfaċċja bejn il-politika tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-politika industrijali u l-għan tagħha huwa l-ħolqien ta’ qafas li jwassal għall-introduzzjoni tal-ideat fis-suq.