L-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari

Skedi Informattivi dwar l-UE 05-12-2023

Il-mod kif intużaw ir-riżorsi fl-imgħoddi – u kif jintużaw illum – wassal għal livelli għoljin ta’ tniġġis, degradazzjoni ambjentali u tnaqqis fir-riżorsi naturali. Il-politika tal-iskart tal-UE tradizzjonalment iffokat fuq l-imaniġġjar al-iskart ambjentalment sostenibbli. Il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u l-Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari għandhom il-mira li sal-2050 jittrasformaw l-ekonomija tal-UE f’waħda sostenibbli. Fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid għal Ekonomija Ċirkolari jipprovdi aġenda orjentata lejn il-futur għal UE aktar nadifa u kompetittiva.