L-istorja tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

L-unjoni ekonomika u monetarja (UEM) hija r-riżultat ta’ integrazzjoni ekonomika fl-UE. Fiż-żona tal-euro, li attwalment tinkludi 20 Stat Membru tal-Unjoni, ġiet introdotta munita komuni, l-euro. L-Istati Membri kollha tal-UE – minbarra d-Danimarka – jeħtiġilhom jadottaw l-euro ladarba jissodisfaw il-kriterji ta’ konverġenza. Politika monetarja unika hija stabbilita mill-Eurosistema, li tinkludi l-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-gvernaturi tal-banek ċentrali taż-żona tal-euro.