Il-politika tal-kompetizzjoni

Skedi Informattivi dwar l-UE 11-12-2023

L-objettiv ewlieni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE huwa li jippermettu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu l-għan li jipprevjeni restrizzjonijiet u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, bħall-abbuż ta’ pożizzjonijiet dominanti, il-ftehimiet antikompetittivi kif ukoll l-għaqdiet u l-akkwiżizzjonijiet, jekk dawn inaqqsu l-kompetizzjoni. Barra minn hekk, l-għajnuna mill-Istat hija pprojbita meta din twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, iżda tista’ tiġi awtorizzata f’każijiet speċifiċi.