Is-sorsi u l-kamp ta’applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea

Skedi Informattivi dwar l-UE 26-01-2024

L-Unjoni Ewropea għandha personalità ġuridika u bħala tali għandha l-ordinament ġuridiku tagħha stess, li huwa differenti mid-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, id-dritt tal-UE għandu effett dirett jew indirett fuq il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tagħha u jsir parti mis-sistema ġuridika ta’ kull Stat Membru. L-Unjoni Ewropea hija fiha nfisha sors ta’ dritt. L-ordinament ġuridiku huwa ġeneralment kompost mil-leġiżlazzjoni primarja (it-Trattati u l-prinċipji ġenerali tad-dritt), mil-leġiżlazzjoni sekondarja (fuq il-bażi tat-Trattati) u mid-dritt supplimentari.