Ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi

Skedi Informattivi dwar l-UE 16-01-2024

Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi huma l-pedamenti tas-suq uniku, għax jippermettu l-mobilità tan-negozji u tal-professjonisti fl-UE kollha. Sabiex jiġu implimentati dawn il-libertajiet, id-diplomi u l-kwalifiki maħruġa fil-livell nazzjonali jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti b’mod wiesa’. Ġew adottati miżuri differenti għall-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku, u qed titħejja aktar leġiżlazzjoni dwar dan is-suġġett.