Is-saħħa pubblika

Skedi Informattivi dwar l-UE 16-01-2024

Dan l-aħħar il-politika tas-saħħa pubblika ħadet rwol ċentrali fit-tfassil tal-politika tal-UE, u dan riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, tal-ħidma min-naħa tal-Parlament li għamel il-kanċer wieħed mill-oqsma ta’ enfasi tiegħu, u tal-ispinta lejn Unjoni Ewropea tas-Saħħa aktar b’saħħitha. L-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa tindirizza t-tħassib immedjat u futur dwar is-saħħa, inkluż il-kriżi tal-COVID-19, il-bini tar-reżiljenza kontra t-theddid transfruntier għas-saħħa, l-implimentazzjoni tal-Pjan biex Jingħeleb il-Kanċer, l-avvanz tal-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa, u t-tisħiħ tas-saħħa diġitali.