Il-pagamenti diretti

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

L-Unjoni Ewropea tipprovdi lill-bdiewa b’appoġġ għall-introjtu jew “pagamenti diretti” biex iservu bħala mekkaniżmu ta’ sikurezza u jagħmlu l-biedja aktar profittabbli, jiggarantixxu s-sigurtà tal-ikel fl-Ewropa, jassistuhom fil-produzzjoni ta’ ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u għall-but ta’ kulħadd u jippremjaw lill-bdiewa talli jipprovdu beni pubbliċi li normalment ma jitħallsux mis-swieq. Dawn il-pagamenti huma ġestiti b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri permezz ta’ għadd ta’ skemi.