It-trasport bil-ferrovija

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-02-2024

Il-politika Ewropea tat-trasport ferrovjarju għandha l-għan li toħloq żona ferrovjarja unika. Tliet pakketti u riformulazzjoni ġew adottati f’temp ta’ għaxar snin mill-ftuħ tas-settur ferrovjarju għall-kompetizzjoni fl-2001. Ir-raba’ pakkett, imfassal biex jikkompleta ż-żona ferrovjarja unika Ewropea, ġie adottat f’April 2016 (il-pilastru tekniku) u f’Diċembru 2016 (il-pilastru tas-suq).