L-isport

Skedi Informattivi dwar l-UE 30-01-2024

L-isport huwa qasam fejn ir-responsabbiltajiet tal-UE huma relattivament ġodda, peress li dawn inkisbu biss bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona f’Diċembru 2009. L-UE hija responsabbli mill-iżvilupp ta’ politika bbażata fuq l-evidenza u mit-trawwim tal-kooperazzjoni u l-ġestjoni ta’ inizjattivi bħala appoġġ għall-attività fiżika u l-isport madwar l-Ewropa. Għall-ewwel darba ġiet stabbilita linja baġitarja speċifika fil-qafas tal-ewwel programm Erasmus+ (2014-2020) biex jiġu appoġġjati proġetti u networks relatati mal-isport.