Il-moviment liberu tal-persuni

Skedi Informattivi dwar l-UE 30-06-2023

Il-libertà tal-moviment u r-residenza għall-persuni fl-Unjoni Ewropea hija l-pedament taċ-ċittadinanza tal-UE, li ġiet stabbilita mit-Trattat ta’ Maastricht fl-1992. It-tneħħija gradwali tal-fruntieri interni skont il-Ftehimiet ta’ Schengen kienet segwita mill-adozzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fl-UE. Minkejja l-importanza ta’ dan id-dritt, għad hemm ostakli sostanzjali għall-implimentazzjoni.