Il-politika soċjali u tal-impjiegi: il-prinċipji ġenerali

Skedi Informattivi dwar l-UE 05-12-2023

Matul is-snin, l-integrazzjoni Ewropea wasslet għal żviluppi soċjali sinifikanti. Fl-2017, intlaħaq stadju importanti fl-2017, meta l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jiżguraw kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol aħjar madwar l-UE. Il-pjan ta’ azzjoni relatat tal-2021 stabbilixxa inizjattivi konkreti biex dan l-impenn jinbidel f’realtà.