Il-prinċipji ġenerali dwar il-politika industrijali tal-UE

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

Il-politika industrijali tal-UE għandha l-għan li ttejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea, biex b’hekk iżżomm ir-rwol tagħha ta’ xprun għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi fl-Ewropa. It-tranżizzjoni diġitali u t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju wasslu għall-adozzjoni ta’ diversi strateġiji biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ qafas aħjar għall-industrija tal-UE. L-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna ħolqu riflessjonijiet ġodda dwar l-irkupru ekonomiku, ir-rikostruzzjoni u l-bini tar-reżiljenza.