L-enerġija rinnovabbli

Skedi Informattivi dwar l-UE 22-01-2024

Is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (l-enerġija mir-riħ, l-enerġija solari, l-enerġija idroelettrika, l-enerġija mill-oċeani, l-enerġija ġeotermali, il-bijomassa u l-bijofjuwils) huma alternattivi għall-fjuwils fossili li jikkontribwixxu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, jiddiversifikaw il-provvista tal-enerġija u jnaqqsu d-dipendenza fuq is-swieq tal-fjuwils fossili li mhumiex affidabbli u li huma volatili, b’mod partikolari dawk taż-żejt u l-gass. Il-leġiżlazzjoni tal-UE li tippromwovi s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli evolviet b’mod sinifikanti fl-aħħar 15-il sena. Fl-2021, l-enerġija rinnovabbli kienet tirrappreżenta 21.8% tal-konsum finali gross tal-enerġija tal-UE. Fl-2023, il-koleġiżlaturi żiedu l-mira għall-enerġija rinnovabbli tal-UE għall-2030 għal 42.5%, bl-għan li jilħqu 45%.