L-aġenda diġitali għall-Ewropa

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-02-2024

Il-pjattaformi tas-servizzi diġitali u t-teknoloġiji emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali (IA) jinfluwenzaw bil-kbir l-ambjent soċjali tagħna. Dawn l-innovazzjonijiet iddefinixxew mill-ġdid il-mod kif nikkomunikaw, nixtru u naċċessaw l-informazzjoni online, u dan jagħmilhom essenzjali għall-ħajja ta’ kuljum. L-aġenda diġitali Ewropea għall-2020-2030 tindirizza dawn il-bidliet. Hija tagħti prijorità lill-istabbiliment ta’ spazji diġitali siguri, tiżgura kompetizzjoni ġusta fis-swieq diġitali u ssaħħaħ is-sovranità diġitali tal-Ewropa, dan kollu filwaqt li timmira għan-newtralità klimatika sal-2050.