Konsum u produzzjoni sostenibbli

01-11-2017

It-tkabbir sostenibbli jikkostitwixxi wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Quddiem l-iskarsezza globali tar-riżorsi naturali, l-isfida ewlenija għall-produtturi u għall-konsumaturi hija dik li "tagħmel aktar b'inqas". Biex tegħleb din l-isfida f'perjodu ta' tibdil mgħaġġel fil-klima u domanda dejjem tikber għall-enerġija u r-riżorsi, l-UE introduċiet sensiela ta' politiki u inizjattivi intiżi li jiggarantixxu konsum u tkabbir sostenibbli. Dawn il-politiki għandhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali kumplessiva tal-prodotti matul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tagħhom, jistimolaw id-domanda għal prodotti u teknoloġiji produttivi aqwa u jgħinu lill-konsumaturi jagħmlu għażliet informati.