L-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari

01-04-2018

Il-mod kif intużaw ir-riżorsi fl-imgħoddi — u kif jintużaw illum — wassal għal livelli għoljin ta' tniġġis, degradazzjoni ambjentali u tnaqqis fir-riżorsi naturali. Il-politika tal-iskart tal-UE għandha storja twila u tradizzjonalment tiffoka fuq immaniġġjar tal-iskart aktar sostenibbli mil-lat ambjentali. Il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u l-pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari għandhom ibiddlu din ix-xejra u, sal-2050, jittrasformaw l-ekonomija tal-UE f'waħda sostenibbli. L-erba' direttivi l-ġodda dwar l-iskart fil-pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari adottat dan l-aħħar jintroduċu miri ġodda għall-immaniġġjar tal-iskart fir-rigward tal-prevenzjoni, ir-riutilizzazzjoni, ir-riċiklaġġ u r-rimi f'landfills.