Il-politika dwar is-servizzi finanzjarji

Skedi Informattivi dwar l-UE 11-12-2023

Is-servizzi finanzjarji huma parti essenzjali mill-isforzi tal-UE biex jiġi kkompletat is-suq intern, fl-ambitu tal-moviment liberu tas-servizzi u tal-kapital. Il-progress seħħ f’fażijiet differenti: (1) it-tneħħija tal-ostakli nazzjonali għad-dħul (1957-1973); (2) l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u tal-politiki nazzjonali (1973-1983); (3) l-ikkompletar tas-suq intern (1983-1992); (4) il-ħolqien ta’ żona ta’ munita unika (1993-2007); u (5) il-kriżi finanzjarja globali u r-riforma ta’ wara l-kriżi (mill-2007 ‘l quddiem).