L-istorja tal-baġit tal-UE

Analiżi fil-Fond 14-06-2019

Il-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu tliet pilastri: in-nefqa tiegħu, il-finanzjament tiegħu u l-awditjar tiegħu. Dan id-dokument jagħti ħarsa lejn l-oriġini tal-baġit, l-iżvilupp tiegħu permezz ta' ppjanar pluriennali u ta' bbaġitjar annwali. Jagħmel dan fost is-setgħat li qed jinbidlu tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-baġit, u l-evoluzzjoni tal-finanzjament tiegħu u tal-proċess tal-awditjar. Sa mill-ewwel Komunità Ewropea tal-1952, kien hemm tensjoni fuq l-ibbaġitjar fost l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri, u rabta mill-qrib bejn ir-riformi għan-nefqa u dawk għall-finanzjament.