It-Trattat Euratom 

Paul-Henri Spaak u Jean-Charles Snov et d'Oppuers waqt l-iffirmar tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (EURATOM) 25.03.1957 

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika

Ġew iffirmati żewġ trattati fil-25 ta’ Marzu 1957 – it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (KEEA jew l-Euratom). Fost l-objettivi prinċipali tat-Trattat Euratom insibu:

  • il-promozzjoni tar-riċerka u t-tixrid tal-informazzjoni teknika
  • it-twaqqif ta’ standards uniformi ta’ sigurtà sabiex jiġu protetti l-ħaddiema pubbliċi u industrijali
  • l-iffaċilitar tar-riċerka
  • il-garanzija li l-materjali nukleari ċivili ma jintużawx għal skopijiet oħra, b’mod partikolari għal dak militari

Il-valur tal-Euratom jista’ jidher b’mod ċar fil-kuntest tat-tkabbir. L-enerġija nukleari hija sors importanti ta’ enerġija għal ħafna pajjiżi fil-Lvant tal-Ewropa, iżda l-istandards tas-sikurezza fl-impjanti nukleari tagħhom u l-livell ta’ protezzjoni tal-pubbliku u l-ħaddiema mhux dejjem ikun biżżejjed. Il-Euratom ipprovda l-kuntest għal appoġġ min-naħa tal-UE.

  • Iffirmat: f’Ruma (l-Italja) fil-25 ta’ Marzu 1957
  • Dħul fis-seħħ: fl-1 ta’ Jannar 1958