It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) / It-Trattat ta’ Maastricht 

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, magħruf ukoll bħala t-Trattat ta' Maastricht, u l-firem tat-12-il Ministru tal-Affarijiet Barranin u tal-Finanzi tal-Istati Membri 

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ġie ffirmat f’Maastricht fil-preżenza tal-President tal-Parlament Ewropew, Egon Klepsch. Skont dan it-Trattat, l-Unjoni hija bbażatat fuq il-Komunitajiet Ewropej (l-ewwel pilastru) u fuq żewġ oqsma ta’ koperazzjoni oħra (it-tieni u t-tielet pilastru): il-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (CSFP) u l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (JHA).

Mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-KEE saret il-Komunità Ewropea (KE). Is-setgħat leġiżlattivi u superviżorji tal-PE żdiedu hekk kif ġiet introdotta l-proċedura ta’ koeżjoni u ġiet estiża l-proċedura ta’ koperazzjoni.

Skont it-Trattat il-ġdid, il-Parlament Ewropew għandu d-dritt li jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar kwestjonijiet li fl-opinjoni tiegħu jitolbu t-tħejjija ta’ att Komunitarju. Il-Kummissjoni kollha kemm hi issa kienet teħtieġ l-approvazzjoni tal-PE, li jaħtar ukoll l-Ombudsman Ewropew.

  • Iffirmat: f’Maastricht (l-Olanda) fis-7 ta’ Frar 1992
  • Dħul fis-seħħ: fl-1 ta’ Novembru 1993