L-Att Uniku Ewropew (SEA) 

Il-paġna tal-firma tal-Att Uniku Ewropew 

L-ewwel Konferenza Intergovernattiva tnediet taħt presidenza Taljana fid-9 ta’ Settembru 1985, u laħqet il-quċċata tagħha bl-adozzjoni tal-Att Uniku Ewropew fit-28 ta’ Frar 1986 fi Brussell.

L-Att Uniku Ewropew wassal għal emendi fit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u stabbilixxa l-koperazzjoni politika Ewropea. Hekk kif l-Att Uniku Ewropew (SEA) daħal fis-seħħ, it-titlu 'Parlament Ewropew' (li kien ilu jintuża mill-Assemblea sa mill-1962) sar uffiċjali. L-Att Uniku Ewropew (SEA) żied ukoll is-setgħat leġiżlattivi tal-PE permezz tal-introduzzjoni tal-proċeduri ta’ koperazzjoni u approvazzjoni.

  • Iffirmat: fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu) fis-17 ta’ Frar 1986 u fl-Aja (l-Olanda) fit-28 ta’ Frar 1986
  • Dħul fis-seħħ: L-1 ta' Lulju 1987