It-Trattat ta’ Amsterdam 

Ritratt tal-grupp.
L-iffirmar tat-Trattat ta' Amsterdam fit-2 ta' Ottubru 1997.
 

Ġiet imnedija KIG f’Turin (fl-Italja) f’Marzu 1996 bl-għan li jiġi rivedut it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat sussegwenti ta’ Amsterdam, li jemenda t-Trattat dwar l-UE, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u ċerti atti relatati, ġie ffirmat fil-preżenza tal-President tal-Parlament Ewropew, José María Gil-Robles.

Hekk kif daħal fis-seħħ f’Mejju 1999, il-proċedura ta’ kodeċiżjoni ġiet issimplifikata u l-qasam ta’ applikazzjoni tagħha twessa’. Il-Parlament issa ngħata d-dritt li japprova l-President tal-Kummissjoni.

  • Iffirmat: f’Amsterdam (l-Olanda) fit-2 ta’ Ottubru 1997
  • Dħul fis-seħħ: fl-1 ta’ Mejju 1999