It-Tieni Trattat Baġitarju/It-Trattat ta’ Brussell 

Għal darb’oħra, it-Trattat ta’ Brussell fl-1975 emenda ċerti dispożizzjonijiet finanzjarji stipulati fit-Trattati. Huwa saħħaħ is-setgħat baġitarji tal-Assemblea (il-PE kiseb id-dritt li jiċħad il-baġit Komunitarju u li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit) u kkontribwixxa għat-twaqqif tal-Qorti tal-Awdituri.

  • Iffirmat: fi Brussell (il-Belġju) fit-22 ta’ Lulju 1975
  • Dħul fis-seħħ: fl-1 ta’ Ġunju 1977