It-Trattat ta’ Nizza 

Ritratt tal-grupp.
L-iffirmar tat-Trattat ta' Nizza fis-26 ta' Frar 2001.
 

Il-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ġiet iffirmata mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill fil-Kunsill Ewropew ta’ Nizza. It-Trattat ta’ Nizza li jemenda t-Trattat dwar l-UE, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u ċerti atti relatati ġie ffirmat fil-preżenza tal-President tal-Parlament Ewropew, Nicole Fontaine. L-għan tat-Trattat ta’ Nizza kien li jirriforma l-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea sabiex tkun tiflaħ għall-isfidi tat-tkabbir il-ġdid. Permezz tat-Trattat ta’ Nizza, is-setgħat leġiżlattivi u superviżorji tal-Parlament żdiedu u l-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata ġiet estiża għal iżjed oqsma fi ħdan il-Kunsill.

  • Iffirmat: f’Nizza (fi Franza) fis-26 ta’ Frar 2001
  • Dħul fis-seħħ: fl-1 ta’ Frar 2003