It-Trattat ta’ Pariġi 

L-iffirmar tat-Trattat ta' Pariġi fit-18 ta’ April 1951 

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA)

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) ġie ffirmat f’Pariġi mill-Belġju, Franza, l-Italja, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Lussemburgu u l-Olanda. Huwa daħal fis-seħħ għal perjodu ta’ 50 sena. Il-membri tal-Assemblea Parlamentari Ewropea kellhom jintgħażlu mill-parlamenti nazzjonali tagħhom. L-Assemblea kellha d-dritt li xxolji l-Awtorità Għolja (dik li llum il-ġurnata hija l-Kummissjoni).

  • Iffirmat: f’Pariġi (fi Franza) fit-18 ta’ April 1951
  • Dħul fis-seħħ: fis-26 ta’ Lulju 1952
  • Skada: fit-23 ta’ Lulju 2002