Setgħat u proċeduri 

It-trattati Ewropej taw lill-Parlament firxa wiesgħa ta' setgħat bħala l-korp direttament elett tal-Unjoni Ewropea. Tkixxef aktar fit-taqsimiet li ġejjin u ifhem kif jaħdmu l-proċeduri.

Setgħat leġiżlattivi 

Flimkien ma' rappreżentanti tal-gvernijiet tal-pajżi tal-UE fil-Kunsill, il-Parlament huwa responsabbli mill-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni tal-UE. Fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja, iż-żewġ istituzzjonijiet jaġixxu bħala koleġiżlaturi ugwali. F'xi każijiet speċjali, madankollu, jistgħu japplikaw proċeduri oħra.

Setgħat baġitarji 

Il-Parlament u l-Kunsill iridu jaqblu fuq il-baġit annwali tal-UE. Tkixxef aktar dwar din il-proċedura.

Setgħat superviżorji 

Il-MPE jissorveljaw il-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE, b'mod partikolari dik tal-Kummissjoni Ewropea, li hija l-eżekuttiv tal-Unjoni.

Parlament Nazzjonali 

Skopri kif il-Parlament Ewropew jikkoopera mal-parlamenti nazzjonali rigward affarijiet Ewropej.

It-Trattat ta' Lisbona 

It-Trattat ta' Lisbona huwa l-aktar reviżjoni reċenti tat-trattati Ewropej, u lill-Parlament Ewropew tah aktar setgħat. Tkixxef id-dettalji.