Il-PE wara t-Trattat ta' Lisbona: Irwol ikbar fit-tiswir tal-Ewropa 

It-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ lejn l-aħħar tal-2009, wassal biex il-Parlament Ewropew ikollu setgħat ta' tfassil tal-liġijiet ġodda u jitqiegħed fuq l-istess livell mal-Kunsill tal-Ministri fid-deċiżjoni dwar x’tagħmel l-UE u kif jintefqu l-flus. It-Trattat biddel ukoll il-mod kif il-Parlament jaħdem ma’ istituzzjonijiet oħra u ta lill-MPE aktar influwenza fuq min imexxi l-UE. Dawn ir-riformi kollha jiżguraw li bil-vot tiegħek fl-elezzjonijiet Ewropej, inti tingħata vuċi saħansitra akbar dwar fejn sejra l-Ewropa.

Parlament Ewropew :Setgħat ġodda

Rwol akbar  għall-

  •  

    Bit-tibdil fit-Trattat, huwa l-Parlament li jeleġġi l-President tal-Kummissjoni, il-korp eżekuttiv tal-UE

     
  •   Bis-saħħa tat-Trattat, il-Parlament u l-Kunsill għandhom   .

It-Trattat ta' Lisbona żied is-setgħat tal- Parlament Ewropew :

    
  •  

    It-Trattat ta' Lisbona estenda s-setgħa leġiżlattiva tal-Parlament għal aktar minn 40 qasam ġdid u għamlu leġiżlatur indaqs għalkollox mal-Kunsill

    Oqsma preċedenti ta' kodeċiżjoni:

    • Ambjent
    • Trasport
    • Suq intern
    • Impjiegi u politika soċjali
    • Edukazzjoni
    • Saħħa pubblika
    • Ħarsien tal-konsumatur

    Oqsma ġodda miżjuda mit-Trattat ta' Lisbona:

    • Agrikoltura u sajd
    • Appoġġ għall-ifqar reġjuni
    • Sigurtà u ġustizzja
    • Politika kummerċjali
    • Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi
    • Atti ta' implimentazzjoni
  •  

    Ftehimiet internazzjonali: dritt li japprova/jiċħad

  •  

    Il-PE jiddeċiedi fuq il-baġit kollu (u mhux fuq in-nefqa mhux obbligatorja biss)

  •  

    Forma ġdida ta' demokrazija parteċipattiva: il-PE jiffaċilita l-proċeduri u jimpenja ruħu li jorganizza seduti ta' smigħ dwar inizjattivi li jkunu ġabru l-firem meħtieġa

Aktar setgħat

It-Trattat ta’ Lisbona żied l-abbiltà tal-UE u l-Parlament tagħha li jaġixxu u jilħqu l-għanijiet tagħhom. Huwa estenda s-setgħat leġiżlattivi sħaħ tal-Parlament għal aktar minn 40 qasam ġdid, inklużi l-agrikoltura, is-sigurtà tal-enerġija, l-immigrazzjoni, il-ġustizzja u l-fondi tal-UE, u qiegħdu fuq l-istess livell mal-Kunsill li jirrappreżenta l-Gvernijiet tal-Istati Membri. Il-Parlament kiseb ukoll is-setgħa li japprova l-baġit kollu tal-UE, flimkien mal-Kunsill.

Il-MPE ingħataw id-dritt li jirrevokaw ftehimiet internazzjonali u ma eżitawx milli jagħmlu użu minn dan id-dritt biex iwaqqfu l-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) li ħoloq kontroversja u li ħafna beżgħu li kien se jfixkel il-libertajiet fundamentali. Dan l-episodju wera li minħabba ż-żieda fis-setgħat, id-deċiżjonijiet meħuda mill-MPE għandhom impatt aktar qawwi fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini.

Irwol akbar

It-Trattat ta’ Lisbona mhux biss ta lill-Parlament l-istess segħat ta’ tfassil ta’ liġijiet bħal dawk tal-Kunsill, iżda tah ukoll is-saħħa li jistabbilixxi d-direzzjoni politika tal-Ewropa. Skont il-bidliet tat-Trattat, huwa l-Parlament li jaħtar il-kap tal-Kummissjoni, il-korp eżekuttiv tal-UE, u din id-deċiżjoni trid tirrifletti r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej u, għalhekk, l-għażla tal-votanti.

Vuċi aktar qawwija għaċ-ċittadini

Bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament miċ-ċittadini, il-Parlament għandu s-setgħat u r-responsabbiltà li jżomm l-istituzzjonijet tal-UE responsabbli għal għemilhom. Il-Parlament huwa l-gwardjan tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, imnaqqxa fit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll id-dritt il-ġdid stabbilit tal-inizjattiva taċ-ċittadini, li jippermetti li l-persuni jitolbu proposti ta’ politika ġodda jekk miljun persuna jiffirmaw petizzjoni li titlob dan.