Premji 

L-attività tal-Parlament Ewropew mhix biss waħda leġiżlattiva. Għandu wkoll għal qalbu l-promozzjoni ta' dak li hu tajjeb. Kull sena joħroġ erba' premji b'rikonoxximent tal-eċċellenza fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, iċ-ċinema, proġetti taż-żgħażagħ u ċittadinanza tajba. Din hija opportunità biex tingħata attenzjoni lil dawk in-nies u l-organizzazzjonijiet li jagħmlu xogħol iebes biex id-dinja tagħha ssir tikka aħjar u jħeġġu lil ħaddieħor isegwi l-eżempju tagħhom.

  • Il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew - Premju għal kisbiet eċċezzjonali - skadenza għall-applikazzjonijiet/nomini estiża sat-30 ta' Ġunju 

    Kull sena, il-Parlament Ewropew jagħti "l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew". Dan il-premju huwa maħsub biex jirrikonoxxi kisbiet eċċezzjonali fl-oqsma li ġejjin:

    • Proġetti li jippromwovu fehim reċiproku aħjar u integrazzjoni aktar mill-qrib bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri, jew li jiffaċilitaw kooperazzjoni transfruntiera jew transnazzjonali fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
    • Proġetti li jinvolvu kooperazzjoni kulturali fit-tul, transfruntiera jew transnazzjonali, u li jikkontribwixxu għat-tisħiħ ta' spirtu Ewropew.
    • Proġetti marbuta mas-Sena Ewropea kurrenti (jekk applikabbli). 
    • Proġetti li jesprimu b'mod konkret il-valuri minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    Ċittadini, gruppi ta' ċittadini, assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew għal proġetti li jkunu wettqu, jew jistgħu jinnominaw ċittadin, grupp, assoċjazzjoni jew organizzazzjoni ieħor/oħra għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew.

    Il-Membri tal-Parlament Ewropew biss għandhom dritt iressqu nomini – nomina waħda għal kull Membru kull sena.

    Fid-dawl tal-kuntest eċċezzjonali ta' din is-sena, il-Viċi President tal-Parlament Ewropew u Kanċillier tal-Premju Dita CHARANZOVÁ ddeċidiet li testendi l-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet/nomini sal-aħħar ta' Ġunju.

    Minbarra l-oqsma msemmija hawn fuq, iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet huma wkoll imħeġġa jinnominaw proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-ġlieda kontra l-coronavirus.

    Biex tapplika inti stess jew tinnomina lil xi ħadd, ikklikkja hawn.

    Għal aktar informazzjoni:

      
  • Il-Premju Sakharov - għal-libertà tal-ħsieb 

    Il-Premju Sakharov jingħata għal min ikun kiseb riżultati prestiġjużi f'wieħed minn dawn l-oqsma:

    • difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għal espressjoni libera
    • is-salvagwardja tad-drittijiet tal-minoranzi
    • ir-rispett għad-dritt internazzjonali,
    • l-iżvilupp tad-demokrazija u l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt
        
    • Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej - għal Ewropej żgħażagħ b’ħafna motivazzjoni 

      Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej” għandu l-għan li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' kuxjenza Ewropea fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti relatati mal-integrazzjoni Ewropea. Il-Premju jingħata għal proġetti mwettqa miż-żgħażagħ li jkattru l-komprensjoni, iħeġġu l-iżvilupp ta' sens kondiviż ta' identità Ewropea, u joffru eżempji prattiċi ta' ċittadini Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.

      Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej” għandu l-għan li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' kuxjenza Ewropea fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti relatati mal-integrazzjoni Ewropea. Il-Premju jingħata għal proġetti mwettqa miż-żgħażagħ li jkattru l-komprensjoni, iħeġġu l-iżvilupp ta' sens kondiviż ta' identità Ewropea, u joffru eżempji prattiċi ta' ċittadini Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.

      Il-premji għall-aħjar tliet proġetti jiġu ppreżentati mill-President tal-Parlament Ewropew u minn rappreżentant tal-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Charlemagne ta' Aachen.

        
    • Il-Premju LUX - appoġġ għall-kultura u l-identità Ewropea 

      Mill-2007, il-Premju LUX tal-Parlament Ewropew kull sena jitfa' l-attenzjoni fuq films li jmorru fil-qalba tad-dibattitu pubbliku Ewropew. Il-Parlament jemmen li ċ-ċinema, midja kulturali għall-massa, tista' tkun mezz ideali għad-dibattitu u r-riflessjoni rigward l-Ewropa u l-ġejjieni tagħha. Iċ-ċinema hi poplari, tiġbed ġenerazzjonijiet differenti u hi finanzjarjament aċċessibbli.