Żomm ruħek infurmat 

Il-Parlament Ewropew jidher 'il bogħod ħafna minn fejn tgħix? Hemm xi ħaġa oħra li tixtieq tkun taf dwar il-ħidma tiegħu? Din it-taqsima toffrilek diversi toroq li tista' tieħu biex ikollok stampa aħjar ta' x'inhu għaddej fil-korp tal-UE elett direttament.

    

Midja soċjali

Naturalment, m'għandekx għalfejn titlaq minn idejk biex tkellimna. Ninsabu fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali ewlenin kollha u nieħdu gost nisimgħu mingħandek. Ejja u ngħaqad magħna!

    

Skedi informattivi dwar l-Unjoni Ewropea

Jekk qed tfittex ħarsa ġenerali tajba lejn il-politiki tal-UE u r-rwol tal-Parlament fihom, dan hu l-post mnejn għandek tibda. L-iskedi informattivi huma konċiżi iżda jagħtuk l-istampa kollha u jiġu aġġornati regolarment.

    

Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

Is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) huwa t-tim ta' esperti intern tal-Parlament. Huwa jipprovdi analiżi indipendenti u oġġettiva dwar kwistjonijiet topiċi li hija disponibbli għall-pubbliku ġenerali wkoll.

    

Citizens' App

Billi tinstalla s-Citizens' App, tiskopri min jagħmel xiex fl-UE, kif dan kollu huwa rilevanti għal ħajtek ta' kuljum u x'inhuma l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE - sfidi li ħafna minnhom se jsawru l-futur tiegħek.

    

Kanali tal-midja li jkopru l-parlamenti

Interessat fl-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tal-internet li jkopru l-attivitajiet parlamentari fl-Istati Membri tagħna? Qiegħed fil-post it-tajjeb!

    

Sigurtà u Aċċess

Skopri kif infittxu li nsibu l-bilanċ korrett bejn li nieħdu ħsieb is-sigurtà tal-binjiet tagħna u li nżommu l-Parlament miftuħ għall-viżitaturi.

    

RSS feeds

Tgħallem dwar RSS feeds differenti li jipproponu s-siti web tagħna. Dawn jgħinuk tikseb l-aħħar informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-pubblikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

AYS home banner