Talbiet għal informazzjoni miċ-ċittadini (Ask EP) 

Jekk tixtieq tiskopri aktar dwar l-attivitajiet, is-setgħat u l-organizzazzjoni tal-Parlament Ewropew, tista' tikkuntattja lill-Unità tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (Ask EP) permezz tal-formolat'hawn taħt.

Inti tistaqsi, aħna nwieġbu

Tista’ ssib għażla ta’ suġġetti reċenti ta’ tħassib partikolari għaċ-ċittadini li jiktbu lill-Parlament Ewropew u t-tweġibiet rispettivi tagħna.

  • X'qed tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tipproteġi d-drittijiet tal-Passiġġieri bl-Ajru? 

    L-Unjoni Ewropea (UE) għandha leġiżlazzjoni fis-seħħ biex tipproteġi d-drittijiet tagħna meta nivvjaġġaw bl-ajru. Il-Parlament Ewropew ilu ħafna snin jaħdem favur livell ogħla ta' protezzjoni, u fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni Ewropea ħadet passi biex tiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru jibqgħu protetti.

      
  • Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew rigward il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa 

    Bi tweġiba għall-iżviluppi bħall-importanza dejjem tikber tal-ekonomija diġitali, it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni, it-terroriżmu u l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (UE), qed jiżdiedu s-sejħiet għal riforma istituzzjonali tal-UE u għall-involviment akbar taċ-ċittadini. Konsegwentement, ilha ssir riflessjoni dwar il-futur tal-UE mhux biss fil-livell istituzzjonali, iżda wkoll fil-livell akkademiku u f'fora politiċi usa'.

      
  • X'inhu r-rwol tal-kumitati tal-Parlament Ewropew u kif jaħdmu? 

    Il-kumitati tal-Parlament Ewropew iwettqu eżami dettaljat tal-proposti leġiżlattivi tal-UE u jfasslu proposti ta' modifika, li mbagħad il-Membri jiddiskutu u jivvutaw fuqhom. Il-kumitati huma fundamentali għas-sistemi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u għas-setgħat tal-Parlament Ewropew.

      
  • X'inhi l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja? 

    Is-sitwazzjoni fis-Sirja kienet is-suġġett ta' ħafna dibattiti u riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew. F'riżoluzzjoni adottata fil-15 ta' Marzu 2018, il-Parlament Ewropew ikkundanna bil-qawwa "... l-vjolazzjonijiet mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali kommessi matul il-kunflitt, u b'mod partikolari l-atti mwettqa mill-forzi tar-reġim ta' Assad, anki bl-appoġġ tal-alleati tiegħu, ir-Russja u l-Iran, kif ukoll mill-organizzazzjonijiet terroristiċi elenkati min-NU". Barra minn hekk, iddispjaċih ħafna "għall-falliment tal-isforzi ripetuti reġjonali u internazzjonali biex tintemm il-gwerra" u ħeġġeġ "kooperazzjoni globali mġedda u intensiva sabiex tinkiseb soluzzjoni paċifika u sostenibbli għall-kunflitt".

      
  • X'inhuma l-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew u kif jiġu ffurmati? 

    Fil-Parlament Ewropew, il-Membri ma joperawx skont in-nazzjonalità, iżda skont l-affinità politika. Għaldaqstant, il-Membri, u l-bosta partiti politiċi li jirrappreżentaw, jiffurmaw gruppi politiċi li jaqsmu bejniethom valuri u programmi simili. Dawn il-gruppi jpoġġu f'żoni speċifiċi tal-Kamra tal-Parlament Ewropew. Wara l-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju 2019, fil-Parlament Ewropew ġew iffurmati seba' gruppi politiċi. Il-Membri li mhumiex parti minn grupp politiku jitqiesu membri "mhux affiljati".

      
  • Biex tikseb l-informazzjoni kollha bil-lingwa uffiċjali tal-għażla tiegħek, tista' tikteb lill-Unità tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (Ask EP) permezz ta' din il-formola.