Trasparenza u etika 

F'sistema demokratika, it-trasparenza tippermetti lin-nies jipparteċipaw b'mod aktar faċli fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-istituzzjonijiet jistgħu biss igawdu aktar leġittimità u effikaċja dment li jibqgħu kompletament responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini.

Bħala l-istituzzjoni li tirrappreżenta liċ-ċittadini kollha tal-UE, il-Parlament Ewropew diġà stabbilixxa firxa wiesgħa ta' miżuri ta' trasparenza u huwa impenjat li jagħmel aktar progress f'dan il-qasam.

F'konformità mal-impenn tal-Parlament lejn it-trasparenza, l-għodod kollha ta' trasparenza deskritti fuq dil-paġna għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-iskrutinju tan-nies min-naħa tal-attivitajiet tal-Parlament u, b'mod partikolari, tal-ħidma leġiżlattiva tiegħu.

    

Aċċess pubbliku għad-dokumenti

Il-persuni jingħataw dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-Parlament, soġġett għall-prinċipji u l-kundizzjonijiet definiti mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    

Il-gruppi tal-lobbisti u t-trasparenza

L-Ewropej huma intitolati li jsegwu mill-qrib l-attivitajiet leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet u li jivverifikaw li l-attivitajiet tal-lobbying huma ġusti u bilanċjati sew.

    

Ir-regoli ta' mġiba xierqa

In-nies jistgħu jistennew l-ogħla standards ta' mġiba u effiċjenza, skont il-prinċipji ta' amministrazzjoni u ta' governanza tajba.

    

L-allowance għall-ispejjeż ġenerali

Il-Membri jistgħu jippubblikaw informazzjoni dwar kif jonfqu l-allowance għall-ispejjeż ġenerali.

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jwettqu l-ħidma tagħhom b'mod kemm jista' jkun trasparenti sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u b'hekk tiġi promossa l-governanza tajba.

(L-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)