Il-gruppi tal-lobbisti u t-trasparenza 

Il-Parlament Ewropew impenja ruħu favur il-promozzjoni tat-trasparenza u l-etika f'dak li jikkonċerna l-attivitajiet tal-lobbying. Flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, waqqaf reġistru komuni ta' trasparenza. Il-Membri tal-PE jippubblikaw ukoll informazzjoni dwar il-kuntatti tagħhom mal-gruppi tal-lobbisti.

Għaliex huwa importanti d-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-gruppi tal-lobbisti?

-istituzzjonijiet tal-UE jinteraġixxu ma' firxa wiesgħa ta' gruppi u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw interessi speċifiċi u jwettqu attivitajiet ta' lobbying. Din hija parti leġittima u neċessarja tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jiġi żgurat li l-politiki tal-UE jirriflettu l-ħtiġijiet reali tan-nies.

Dawn ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess jistgħu jkunu korpi privati, pubbliċi jew mhux governattivi. Dawn jistgħu jipprovdu lill-Parlament b'għarfien u kompetenzi esperti speċifiċi f'għadd ta' oqsma ekonomiċi, soċjali, ambjentali u xjentifiċi. Huma jistgħu jaqdu rwol ewlieni fi djalogu miftuħ u pluralista li fuqu hija bbażata sistema demokratika.

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi qafas u jfittex li jkattar ir-relazzjonijiet fost l-istituzzjonijiet Ewropej u l-mexxejja politiċi Ewropej, minn naħa, u s-soċjetà ċivili, iċ-ċittadini tal-UE u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, min-naħa l-oħra.

L-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili.

(L-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea)

Share: 

    Ir-Reġistru ta' Trasparenza

    Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea waqqfu Reġistru konġunt ta' Trasparenza biex juru l-impenn tagħhom li jkunu miftuħa u trasparenti.

    L-organizzazzjonijiet kollha huma mistiedna jirreġistraw volontarjament jekk isegwu attivitajiet maħsuba biex direttament jew indirettament jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika, l-implimentazzjoni tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet tal-UE. Madankollu, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja biex jintalab aċċess għall-Parlament Ewropew. Tista' tikkonsulta r-regoli rilevanti dwar l-aċċess.

    Ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess rreġistrati jistgħu jitolbu dan l-aċċess online biss.

    Ir-reġistru ta' trasparenza jagħmilha aktar faċli għan-nies biex jiksbu informazzjoni dwar individwi li jaħdmu għal rashom u organizzazzjonijiet f'kuntatt mal-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll data statistika dwar il-partijiet irreġistrati kollha u lista ta' individwi b'awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-Parlament Ewropew.

    Din is-sistema ta' "punt uniku ta' servizz" tiffaċilita wkoll il-proċeduri ta' reġistrazzjoni għal rappreżentanti ta' gruppi ta' interess speċifiċi u tinkorpora reġistri tal-Parlament u tal-Kummissjoni li qabel kienu separati.

    Wara li jirreġistraw, ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess jistgħu jgawdu ċerti benefiċċji fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Parlament Ewropew, dment li jirrispettaw il-Kodiċi ta' Kondotta għar-reġistranti.

    Minbarra li jitolbu aċċess għall-Parlament, ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess irreġistrati biss jistgħu jiġu mistiedna bħala kelliema għal seduti ta' smigħ pubbliku tal-kumitati, jappoġġjaw u jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-intergruppi tal-Membri u gruppi mhux uffiċjali, jirċievu emails ta' twissijiet dwar l-attivitajiet tal-kumitati, jorganizzaw avvenimenti konġunti u jiksbu patroċinju mill-President.

    Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar l-istabbiliment ta' Reġistru komuni ta' Trasparenza jistabbilixxi liema rappreżentanza ta' interess jew attivitajiet ta' lobbying huma koperti, it-tip ta' informazzjoni li r-reġistranti huma mistennija jipprovdu, kodiċi ta' kondotta għar-reġistranti u proċedura għal twissijiet u lmenti dwar l-organizzazzjonijiet reġistrati.

    Ir-reġistru ta' trasparenza huwa operat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Tista' taqra r-rapport annwali hawnhekk:

    Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qegħdin jiddiskutu ftehim interistituzzjonali ġdid. Tista' ssegwi n-negozjati fuq din il-paġna apposta.

    It-trasparenza dwar il-kuntatti mal-gruppi tal-lobbisti

    Il-pubblikazzjoni tal-laqgħat skedati

    Għal kull rapport, ir-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati huma meħtieġa jippubblikaw informazzjoni online dwar il-laqgħat skedati tagħhom ma' rappreżentanti ta' interess li jaqgħu taħt l-ambitu tal-ftehim interistituzzjonali dwar ir-reġistru ta' trasparenza.

    Dan ifisser kwalunkwe laqgħa bl-iskop li tinfluenza l-politika jew il-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet Ewropej, irrispettivament mill-post fejn issir.

    Il-membri l-oħra kollha, inklużi l-viċi presidenti tal-kumitati, il-presidenti tad-delegazzjonijiet jew il-koordinaturi, ma għandhom l-ebda obbligu legali li jippubblikaw id-dettalji tal-laqgħat tagħhom, iżda jistgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja.

    L-informazzjoni dwar il-laqgħat hija ppubblikata fil-paġni tal-profil tal-Membri.

    Aktar informazzjoni: Regoli ta' Proċedura: Artikolu 11 - Interessi finanzjarji tal-Membri u Reġistru ta' trasparenza

    L-impronta leġiżlattiva volontarja

    Il-Membri tal-PE li jabbozzaw rapporti jew opinjonijiet jistgħu jagħżlu li jehmżu impronta leġiżlattiva mar-rapporti tagħhom.

    Lista bħal din tista' turi l-firxa ta' għarfien espert u opinjonijiet minn barra li r-rapporteur ikun irċieva. Din imbagħad tiġi ppubblikata mar-rapport wara l-adozzjoni tiegħu fil-kumitat u tippermetti lin-nies li jaraw ma' min ikkonsulta r-rapporteur qabel il-vot finali mill-Parlament kollu.

    Hija indipendenti mill-pubblikazzjoni tal-laqgħat mar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess, iżda r-rapporteurs jistgħu jużawha biex jikkomplementaw id-dikjarazzjonijiet tal-laqgħat tagħhom mar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess.

    Id-dikjarazzjoni ta' appoġġ għall-intergruppi u raggruppamenti oħra mhux uffiċjali

    L-intergruppi huma gruppi mhux uffiċjali ffurmati minn Membri individwali bl-iskop li jsiru skambji informali ta' opinjonijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi u li jiġu promossi kuntatti bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili.

    Il-gruppi tal-lobbisti li huma rreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza jistgħu jipparteċipaw f'attivitajiet organizzati mill-intergruppi jew gruppi mhux uffiċjali oħra fil-bini tal-Parlament billi joffrulhom appoġġ, jew billi jospitaw l-avvenimenti tagħhom b'mod konġunt.

    Għandha ssir dikjarazzjoni annwali ta' kwalunkwe appoġġ riċevut, kemm jekk fi flus jew in natura (eż. assistenza segretarjali), mill-presidenti tal-intergruppi u tiġi aġġornata kull sena. Dawn id-dikjarazzjonijiet kollha u l-lista tal-Membri ta' kull intergrupp jistgħu jiġu aċċessati fil-link t'hawn taħt (ara "Aktar informazzjoni").

    Gruppi mhux uffiċjali oħra huma meħtieġa wkoll jiddikjaraw, sa tmiem ix-xahar ta' wara, kwalunkwe appoġġ, kemm jekk ikun fi flus jew in natura, li l-Membri ma jkunux iddikjaraw individwalment b'mod konformi mal-obbligi tagħhom previsti fil-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri

    Aktar informazzjoni: Regoli ta' proċedura: Artikolu 35 - Intergruppi

    Id-dikjarazzjoni ta' appoġġ għall-intergruppi u raggruppamenti oħra mhux uffiċjali

    Parliament staff members, as indeed all EU civil servants, are required to preserve their professional and personal independence.

    They must act in a manner consistent with the independence of their position and the principle of integrity, as laid down in the staff regulations.

    To this end, there are some Practical recommendations for public officials’ interaction with interest representatives.